21.11.16

RILOKAZZJONI TA’ RZIEZET TAL-BAQAR



28618. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ser jittieħdu u f’dan x’inhija l-pożizzjoni preżenti rigward ir-rilokazzjoni ta’ rziezet tal-baqar wara s-sentenza li ġiet mogħtija reċentement mill-Qrati tagħna?

11/11/2016
  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellat li s-sitwazzjoni tar-rilokazzjoni tal-irziezet tal-baqar qed tiġi studjata mill-ġdid mar-raħħala konċernati u dan  fid-dawl tac-ċirkostanzi li żviluppaw dan l-aħħar  wara d-deċiżjonijiet li ġew mogħtija reċentement mill-Qrati ta’ Malta u li fuqhom ma’ kellu l-ebda kontroll is-Segretarjat Parlamentari.  Infakkar li d-deċizjoni li r-rilokazzjoni għal San Niklaw tat-12-il razzett konċernat  ittieħdet fl-2006,  fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti, meta saret l-applikazzjoni għal Outline Development Permit lill-MEPA.

Dan il-permess finalment ħareġ lejliet l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu 2013 u ġie mill-ewwel ikkontestat mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi fost oħrajn.

Seduta  452
21/11/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...