23.11.16

FONDAZZJONI DAR IL-HENA - GĦAJNUNA



28787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna qed tingħata lill-Fondazzjoni Dar il-Hena?

18/11/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali flimkien mal-Caritas Malta u Alfred Mizzi Foundation, daħal f’att notarili fejn ġiet ffurmata l-Fondazzjoni Dar il-Hena. Permezz ta’ dan il-kuntratt, il-Ministeru jkopri l-ispejjeż operattivi, li jinkludu wkoll il-pagi, ta’ din il-Fondazzjoni biex tkun tista’ toffri għajnuna soċjali lil individwi u familji li qed jesperjenzaw esklużjoni soċjali u faqar materjali.

Seduta  454
23/11/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...