29.11.16

JOBSPLUS – CALL CENTRE EXPENSES.




28796. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema raġuni nħarġet ordni diretta fl-ammont indikat ta’ €93,181 għall-call centre, u mhux sejħa normali?

18/11/2016
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-ordni diretta nħarġet wara li ġiet reġistrata żieda fin-numru ta’ telefonati li bdiet tirċievi Jobsplus. Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa ta’ titjib konsiderevoli fis-servizz li jingħata lill-klijenti. U għalhekk l-għażla waqgħet fuq Centrecom minħabba li huma jfornu tali servizz lil diversi entitajiet governattivi.

Seduta  455
28/11/2016

No comments:

IL-FURJANA – TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHERI – SIĠAR TAĊ-ĊITRU

17508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-m...