23.11.16

EUROPEAN SOCIAL FUND – JOBSPLUS - PROĠETTI




28624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27285, jista’ l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti li ġew implimentati tul din is-sena u jista’ jindika x’kien l-eżitu tagħhom?

11/11/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement huma:

·              Training for Employment; u
·              Access to Employment

Taħt il-proġett ‘Training for Employment’ qegħdin jiġu offruti tliet skemi, li huma l-Work Exposure Scheme (WES), il-Work Placement Scheme (WPS) u t-Traineeship Scheme (TRN). Ir-riżultati li ntlaħqu mill-bidu ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huma kif ġej:

Skema
WES
WPS
TRN
Totali
Kemm-il persuna ġiet placed
349
57
408
814
Kemm-il persuna lestiet b’suċċess l-iskema
260
23
172
455
Kemm-il persuna għadha qed tattendi l-iskema
22
22
33
77
Kemm-il persuna ma bdietx l-iskema
19
3
52
74
Kemm-il persuna waqfet mill-iskema
48
9
151
199

In-nefqa fuq dan il-proġett sal-aħħar ta’ Ottubru kienet ta’ €662,977.35.

Il-proġett ‘Access to Employment’ (A2E) tnieda f’Ġunju tal-2015. Permezz ta’ din l-iskema l-intrapriżi qegħdin jiġu inċentivati biex jimpjegaw lil persuni li huma aktar fi żvantaġġ biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol. Sal-31 ta' Ottubru 2016, l-A2E Unit irċieva 526 applikazzjoni mingħand 326 intrapriża differenti, li jammontaw għal 600 parteċipant.  Minn dawn il-parteċipanti, 415 għadhom attivi. Il-parteċipanti l-oħra (li jammontaw għal 185) jew ikkanċellaw l-applikazzjoni/grant agreement jew instabu ineliġibbli minn Jobsplus.

Mill-415-il parteċipant, Jobsplus iffirmat 373 grant agreement mal-benefiċjarji b'valur ta' €3,368,871.09.  Minn dawn il-grant agreements 61 minnhom spiċċaw qabel iż-żmien (premature termination). Għaldaqstant, il-valur tal-grant agreement ġie jammonta għal €2,891,498.06. Fil-ġranet li ġejjin ser ikunu ffirmati l-grant agreements ta' 11-il parteċipant ieħor.

Seduta  453
22/11/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...