23.11.16

GĦAJNUNA SOĊJALI




28788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li l-Għajnuna Soċjali (Sup) nqatgħatilhom għax tul din is-sena ma attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom?

18/11/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li, l-Għajnuna Soċjali (SUP) tagħhom ġiet terminata minħabba li m’attendewx fl-uffiċċju distrettwali tagħhom matul din is-sena kien ta` 36. 

Tajjeb wieħed jinnota li qabel jitwaqqaf il-benefiċċju, persuna tintbagħtilha ittra tlett darbiet biex tmur l-uffiċċju distrettwali, l-ewwel darbtejn bil-posta normali u t-tielet u l-aħħar waħda reġistrata fejn fiha jkun hemm it-twissija li jekk ma tmurx ikun se jinqata’ l-benefiċċju.

Jekk il-benefiċċjarju jirrikorri f’wieħed mill-uffiċċji distrettwali, u jagħti raġuni valida ‘l għaliex naqas milli jattendi l-uffiċċju meta kien imsejjaħ, u din tiġi aċċettata mill-uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, il-benefiċċju jerġa’ jibda jinħareġ. Jekk ir-raġuni li tingħata ma tiġix aċċettata, biex il-klijent jerġa’ jkun intitolat għal għajnuna soċjali, il-klijent ikun mistenni li jerga’ jissottometti applikazzjoni ġdida. 

Seduta  454
23/11/2016


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...