16.2.17

UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦAR-REFUĠJATI – PERSUNI IMPJEGATI


 
30210. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati tul is-sena li għaddiet (2016) u jekk humiex se jiġu ingaġġati persuni oħra tul din is-sena?

23/01/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sa Diċembru 2016 kien hemm 24 persuna impjegati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Ġiet ingaġġata persuna waħda f’Jannar 2017 u huwa meħtieġ li jiġu ngaġġati 19 il-persuna matul din is-sena, kif qed jiġi diskuss fl-HR Plan tal-2017 u li ħafna minnhom huma replacements.

Seduta  481
13/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...