21.2.17

BEJGĦ IN SUBBASTA TA’ MOBBLI U IMMOBBLI





 
31048. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ mobbli u immobbli u kemm ġew liberati tul is-sena 2016?

13/02/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Infurmat li fir-reġistru tal-qrati ċivili ta’ Malta ġew ippreżentati 93 rikors għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli u 27 rikors għall-proprjetà mobbli matul 2016.  F’istess perjodu il-qrati tagħna lliberaw 31 proprjetà immobbli u 11-il proprjetà mobbli.

Fil-Reġistru tal-qrati ċivili ta’ Għawdex ġew ippreżentati 9 rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli u 19-il rikors għall-proprjetà mobbli matul 2016. F’istess perjodu l-Qorti ta’ Għawdex illiberat 4 proprjetà immobbli u xejn proprjetà mobbli.

Seduta  485
20/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...