9.2.17

LINGWA TALJANA - TAGĦLIM





 
30201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:

Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
3221
2937
6158
105 + 7 HODs*
tal-Knisja
3179
2826
6005
61
Indipendenti
940
773
1713
18

*105 Għalliem u 7 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  479
07/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...