21.2.17

SERVIZZ TA’ INDEPENDENT COMMUNITY LIVING – AĠENZIJA SAPPORT


 
31053. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Independent Community Living tal-Aġenzija Sapport? Meta kien imwaqqaf dan is-servizz u kemm kien hemm persuni b’diżabilità li għamlu użu minnu f’dawn l-aħħar tliet snin?

13/02/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma  lill-Onor. Interpellant li , l-Independent Community Living Fund  hija skema li tgħin persuni b’diżabilità, billi tipprovdi fondi biex ikun jista’ jinxtara servizz ta’ assistenza personali. Kull każ jinstema’ quddiem Bord semi-independenti, immexxi minn persuna b’diżabilita’ u l-Bord japprova l-pakkett tas-servizz meħtieġ.
Dan il-Fond ġie mwaqqaf fl-2013 u n-numru ta’ benefiċċarji għal dawn l-aħħar tliet snin kienu kif ġej:

Sena
Numru ta’ Benefiċċjarji (Persuni b’Diżabilità)
2014
45
2015
55
2016
71

Seduta  486
21/02/2017

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...