21.2.17

PARKEĠĠ RISERVAT – PERSUNI INTITOLATI


 
31055. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jkollu post ta’ parkeġġ riservat? Kemm kien hemm parkeġġi riservati li ġew irtirati minn April 2013 sa Jannar 2017?

13/02/2017


  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna intitolata għal tali Parkeġġ Riservat tkun:

·               Persuna b’diżabilita’ li  jkollha problema severa ta’ mobilita’ u li ssuq il-vettura tagħha jew tuża siġġu bir-roti.
·               Persuna b’diżabilita’ jkollha l-Blue Sticker.
·               Il-vettura tkun rreġistrata fuq l-indirizz fejn toqgħod il-persuna b’diżabilita’.

In-numru ta’ parkeġġi rtirati fil-perjodu ta’ bejn April 2013 u Jannar 2017 kien ta’ 397.

Seduta  486
21/02/2017

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...