3.2.17

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – IMPJEGATI


 
30186. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dikasteri varji li jaqgħtu taħtu, tul is-sena 2016?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru tul is-sena 2016 kien ta’ 657 li minnhom 566 jaħdmu fil-qasam edukattiv fl-iskejjel u 31 fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Fl-istess sena kien hemm 448 persuna li temmew l-impjieg tagħhom minn mad-Direttorati/Dipartimenti.

Seduta  477
01/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...