21.2.17

SETTUR TAL-ANZJANI – ĦADDIEMA SOĊJALI


 
31052. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar is-servizzi kollha li joffru l-ħaddiema soċjali li jaħdmu fis-settur tal-anzjani? Kemm hemm ħaddiema soċjali f’dan is-settur importanti?

13/02/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ħaddiema soċjali fis-settur tal-anzjani hemm 8 (1 ser tirtira issa u 4 b’eta avvanzata qrib l-irtirar). Id-Dipartiment joffri ukoll 10 sigħat ta’ servizz, ġewwa r-Residenza San Vinċenz, permezz ta’ ħaddiema soċjali mill-Aġenzija Appoġġ.
Ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita’ jsegwu prinċipalment każijiet soċjali li jiġu riferuti minn diversi entitajiet u assessjar ta’ applikanti prospettivi biex jiġu allokati servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (Home Help).

Din is-sezzjoni taħdem flimkien ma’ aġenziji speċjalizzati oħra skond ix-xejra ta’ każijiet soċjali u jagħmlu diversi rapporti oħra dejjem skont ir-rikjesti prinċipali fl-andament ta’ każijiet soċjali.

Seduta  486
21/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...