9.2.17

LINGWA FRANĊIŻA - TAGĦLIM





 
30202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

 
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:


Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
704
1187
1891
60 + 5 HODs*
tal-Knisja
2283
2117
4400
45
Indipendenti
929
840
1769
11

*60 Għalliem u 5 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  479
07/02/2017

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...