9.2.17

LINGWA SPANJOLA - TAGĦLIM


 
30206. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:


Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
712
808
1520
36 + 3 HODs*
tal-Knisja
290
171
461
5
Indipendenti
141
84
225
7

*36 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  480
08/02/2017

No comments: