18.7.16

WIED IL-GĦAJN –ŻVILUPP TAS-SIT TAL-EX JERMA PALACE HOTEL





 
26624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?

05/07/2016

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni 'Outline' PA3836/08 u mhux permess kif ntqal fil-mistoqsija tiegħu, fejn qed jintalab twaqqigħ sħiħ tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn u bini mill-ġdid ta' lukanda kif ukoll numru ta' residenzi li jagħmlu parti minn pjan ta' proġett sħiħ.

Din l-applikazzjoni giet sottomessa fit- 2 ta' Awwissu 2008 u giet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fit- 3 ta' Settembru 2008 għal-terminu ta' 21 ġurnata.

Bejn it-22 ta' Ottubru 2008 u t-23 ta' Marzu 2009, l-istess applikazzjoni għaddiet mill-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal-Development Brief kif gie stabilit fil-Pjan Lokali ta’ Marsaskala.

L-applikant gie informat, permezz ta' ittra uffiċjali datata 23 ta' Marzu 2009, illi jekk jagħżel li jkompli bl-iproċessar tal-applikazzjoni, id-Direttorat tal-Ippjanar ikollu jipproċedi billi japplika l-Planning Policies tal-Pjan Lokali preżenti, cioe' jipproċedi b'rakkomandazzjoni negattiva għal-deċizjoni quddiem il-Bord tal-Ippjanar.

Għalhekk din l-applikazzjoni tinsab sospi¿a tistenna sottomissjonijiet mill-applikant wara li l-Awtorità informatu illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal- Development Brief kif mitlub mill-Pjan Lokali taż-żona.

Seduta  417
13/07/2016

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...