15.7.16

UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI - SEJĦIET



26679. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul din is-sena huwiex ser ikun hemm sejħiet ġodda fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jekk iva, jista’ jindika f’liema pożizzjonijiet?

07/07/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sena ħarġet sejħa għal grad ta’ avukat trainee u ġew impjegati ħames avukati u fil-prezent qegħda tiġi pproċessata sejħa għall-Assistent Legali fil-Justice Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.  Mhux eskluz li jinħarġu sejħiet oħra biex ikompli jissaħħaħ dan l-uffiċċju.

Seduta  418

13/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...