5.7.16

RAĦAL ĠDID – VJAL SIR PAUL BOFFA - SIĠAR



 
 
26368. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21766, jista’ l-Ministru jara jekk rappreżentanti tad-Dipartiment tal-Ambjent jistgħux jmorru fuq il-post sabiex jikkonstataw is-sitwazzjoni tas-siġar li hemm fil-bidu ta’ Vjal Sir Paul Boffa Raħal Ġdid billi jidher li dawn kibru ħafna u jistgħu jiġu miżbura aħjar?

21/06/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21766. Inżid ngħid li l-Ministeru ħa nota ta’ din il-Mistoqsija u bħala l-Ministru responsabbli mill-ambjent, ser insegwi l-ilment mal-Ministru kkonċernat.

Seduta 412
04/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...