6.7.16

RAĦAL ĠDID – PJAZZA - XOGĦLIJIET


 
26370. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid  preżentement x’qed isir fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid? Tista’ tgħid għalfejn dan il-proġett jinsab wieqaf bħalissa?

21/06/2016

  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lil Onor Interpellant li l-proġett ta’ Raħal l-Gdid mhux wieqaf u għaddej kif ippjanat.  Il-progett tar-rigenerazzjoni Piazza Antoine De Paule imfassal fi tlett stadji.

L-ewwel stadju fejn inqalgħu ammont ta’ sigar taħt supervizjoni sħiħa bi qbil mal-NGO’s u Ambjentalisti tlesta f’Jannar li għadda.

Bħalissa għaddej ix-xogħol preparattiv relatat mat-tieni u t-tielet stadju li għandu jara t-twettiq ta’ dan il-proġett għal benefiċċju tar-residenti ta’ Raħal l-Ġdid.

Seduta  413
05/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...