12.7.16

ETC – PROĊESS TA’ REBRANDING – TENDERS, DIRECT ORDER JEW ASSIGNMENTS


 
26608. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26318, jista’ l-Ministru jindika għalfejn  hemm numru  ikbar ta’ direct orders milli calls for tender għar-rigward ta’ Jobs+?

04/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mitluba kienu urġenti u ta’ valur żgħir għal kull biċċa xogħol. Kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26318, xogħlijiet li huma akbar fil-valur u li l-konsum tagħhom huwa rikurrenti, ġew ikkummissjonati permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Seduta  416
12/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...