12.7.16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – VJAĠĠI





26607. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġew meħudin waqt il- Ministerial Meetings in Madrid Political Dialogue 5+5?

04/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konklużjonijiet li ħarġu minn din il-Konferenza Ministerjali. Bħala segwitu għal din il-laqgħa ministerjali, Malta kompliet ikollha rwol attiv fejn ġew nominati żewġ uffiċjali biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Grupp ta'Uffiċjali Għolja (Senior Officials) imwaqqfa minn din id-Dikjarazzjoni. Il-laqgħa li jmiss ta’ dan il-Grupp se ssir fil-11-12 ta' Ottubru 2016. Din se tkun l-aħħar laqgħa qabel il-Konferenza Ministerjali li jmiss tal-5+5 ppjanata għal Marzu 2017 fit-Tuneżija. Din il-Konferenza Ministerjali hija mistennija li tappoġġa l-prijorità tal-Presidenza tagħna fuq il-PRIMA.


Seduta  416
12/07/2016

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...