12.7.16

WIED IL-GĦAJN – ĠEMELAĠĠ DOUSELAGE


 
26600. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-ġemelaġġ Douselage ma’ diversi pajjiżi oħra mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn? Kemm kienet l-ispiża tal-Kunsill Lokali kull sena biex jieħu sehem f’dan il-ġemelaġġ? X’benefiċċji qiegħda tħalli din l-inizjattiva?

04/07/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li Marsaskala ilha msieħba ma’ diversi Kunsilli Lokali tad-Douzelage f’proġetti tal-EU li permezz tagħhom saru diversi proġetti u attivitajiet sa mill-2009. Il-Kunsill tella diversi żgħażagħ fuq proġetti tal-EU u kien ukoll project leader ta’ żewġ proġetti tal-EU fejn ksibna l-fondi tal-EU biex saru żewġ attivitajiet f’Malta. Il-Kunsill irnexxielu wkoll iġib xi ħaddiema barranin biex jaħdmu fi stabbilimenti f’Marsaskala fuq skemi Leonardo Da Vinci.  Għal bosta snin, il-Kunsill kien jokkupa l-Viċi Presidenza tad-Douzelage.

L-ispiża tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kull sena fir-rigward ta’ dan il-ġemelaġġ, tinsab fit-tabella t’hawn taħt:

2009
€1621.23
2010
€2972.50
2011
€5904.06
2012
€3401.67
2013
€2536.30
2014
€2061.44
2015
€1515.00
2016
€1318.65


Seduta  415
11/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...