15.7.16

JOBSPLUS - AĊĊESSIBILITÀ TAL-POST

26628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk  persuni b’diżabilità hux qed ikollhom problemi ta’ aċċessibilità meta jmorru Jobsplus?  Jekk dan huwa minnu, jista’ jindika x’qed isir biex is-sitwazzjoni tiġi solvuta?

05/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus qegħda topera mill-istess binja li kienet topera fiha l-ETC fl-amministrazzjoni preċedenti. Infurmat li Jobsplus ma kellha ebda ilment ta’ nuqqas ta’ aċċessibilità. Madankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi ilmenti nitolbu jgħaddihomli biex niżgura li jiġu indirizzati.

Seduta  418

13/07/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...