12.7.16

BEREĠ - UŻU





26601. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18331, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li l-Gvern jara li l-bereġ ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura jkunu devoluti biex f’dawn il-bereġ jiġu introdotti aktar servizzi fostom il-Lifestyle Clinics?

04/07/2016

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-devoluzzjoni tal-Bereg ssir b’diskussjoni mal-kunsilli lokali nvoluti u bi qbil mal-kunsilliera tal-lokalita’. Fil-berga ta' Marsaskala ghadu kemm sar xoghol ta' manutenzjoni u tisbieh u qieghed issir ezercizzju sabiex din il-berga tinfetah f'aktar granet. Fil-Fgura hemm diskussjonijiet mal-Kunsill dwar il-possibilita’ ta' rilokazzjoni. Ninfurmah ukoll li f’dawn is-sentejn gew rinovati 11 il-berga, filwaqt illi fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena gew rinovati l-bereg ta’ Santa Lucija, l-Birgu, Hal-Safi u  aktar bereg ser ikomplu jigu rinovati fix-xhur li gejjin.

Seduta  415
11/07/2016

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...