5.7.16

INCOME TAX – RIFUŻJONIJIET – AMMONT TA’ FLUS


 
26328. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju 2016?

20/06/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi d-Dipartiment għadu ma ħallasx rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 prinċipalment minħabba problemi tekniċi fis-sistema tal-IT.   Id-dipartiment qed jagħmel l-almu tiegħu biex dawn il-problemi jiġu solvuti u r-rifużonijiet jitħallsu mill-aktar fis possibbli.

Seduta  411
28/06/2016

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...