14.6.16

KORP TAL-PULIZIJA – UFFIĊJALI LI RTIRAW JEW IRRIŻENJAW


 
25883. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp? Jista’ jindika kemm hija l-forza attwali?

02/06/2016

 

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Mejju 2016, spiċċaw 331 membru milli jservu fil-Korp. Attwalment, hemm 2,069 il-membru jservu fil-Korp tal-Pulizija.

Seduta  402
14/06/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...