14.6.16

ŻEJTUN – REATI TA’ SERQ.



 
25878. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrapportati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 fiż-Żejtun? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?

02/06/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ taż-Zejtun mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal  disgħin (90) każ.  Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sittax (16) il-każ ta’ serq.  Serq min residenzi fil-lokalita taż-Zejtun bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħdax (11) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ erba (4) kazi. Tabella b'aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Seduta  401
13/06/2016

No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...