12.6.16

Il-pajjiż jeħtieġ tribunal industrijali effettiv skont iż-żminijiet tal-lum-Nazzjon


L-Oppożizzjoni qed tipproponi li jkun Maġistrat li jisma’ l-każi b’assistenza taż-żewġ membri tekniċi

600 kawża pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali u hemm 313 li ilhom pendenti mill-2003

L-Opposizzjoni qed tinsisti li t-Tribunal Indistrijali, li bħalissa mhux jiffunzjona, għandu jkun wieħed effettiv u li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum.

Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li t-Tribunal Industrijali kien dikjarat li hu anti-kostituzzjonali mill-Qorti tal-Appell dwar il-mod kif inhu kompost. Hu għalhekk li l-Parlament qed jagħmel l-emendi meħtieġa biex il-liġi tkun fl-istess parametri stabbiliti mill-Qorti tal-Appell. Fil-waqt li ttratta l-ħidma tat-Tribunal Industrijali, id-Deputat Nazzjonalista qal li bħalisa hemm 600 kawża pendenti quddiem dan it-tribunal u hemm 313 li ilhom pendenti mill-2003. L-aktar każ pendenti jmur lura 13-il sena.Carm Mifsud Bonnici semma l-mod kif it-tribunal twaqqaf fl-1976 meta kienet ittieħed id-deċiżjoni li t-tribunal ma jkunx qorti. Dan biex il-każi jinqatgħu iktar malajr.

It-tribunal kien bi qbil ġenerali fl-2000 tħalla kif kien. Iżda llum jeħtieġ li jsiru l-bidliet neċessarji biex it-tribunal ikun jirrifletti iktar is-sitwazzjoni preżenti. Hawn wiehed jistgha jesplora l-possibbiltà li l-medjazzjoni tkun estiża iktar billi jintuża ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni biex is-soluzzjonijiet jinstabu aħjar. Il-punti li fuqhom il-Qorti Kostituzzjoni ddikjarat li t-tribunal mhux ikkunsidrat konformi mas-sistema ġudizzjarja huma l-mod kif jinaħtru l-membri, iż-żmien, il-garanzija minn pressjoni esterna u l-perċezzjoni ta’ indipendenti.

Din is-sentenza wasslet biex it-tribunal mhux jiffunzjona u għalhekk is-sentenzi pendenti mhux jinqatgħu. L-Oppożizzjoni qed tipproponi li jkun Maġistrat li jisma’ l-każi b’assistenza taż-żewġ membri tekniċi.

Din hi struttura li tintuża fil-Qorti u li taħdem f’setturi kompletament differenti. Il-Gvern qed jipproponi li t-tribunal jinżamm kif inhu llum iżda jsiru bidliet fis-sistema. Illum iċ-Chairman jingħażel mill-gvern u jiddeċiedi waħdu. Is-sistema tal-Oppożizzjoni tassigura li fil-futur ma jkunx hemm sentenza tal-Qorti li tkisser is-sistema għaliex il-Qorti għandha tkun rispettata meta titkellem, sostna Mifsud Bonnici, li kompla li jekk ma tkunx aċċettata l-proposta tal-Oppożizzjoni fil-futur is-sistema tista’ terġa’ titwaqqaf jekk ikun hemm min iresaq kawża. Il-Qorti Kostituzzjoni qed titkellem fuq il-pressjonijiet esterni li tista’ ssir.

Il-fatt li t-tribunal għandu kawża li ilha 13-il sena, juri li anki fejn m’hemmx Maġistrat, hemm id-dewmien.

Id-Deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-mod kif għandu jkun kompost it-tribunal u dwar il-kwistjoni tal-parir legali li ċ-Chairman kien qed jitolbu. L-emenda tipproponi li Chairman li ma jafx il-liġi għandu jappunta persua legali biex jitla’ jixhed. Din mhix struttura tajba għaliex se jkunu qed jitqabbu esperti legali u għalhekk jekk it-tribunal ikun immexxi minn Maġistrat, allura din il-problema tkun megħluba għaliex il-Maġistrat ikollu l-għarfien neċessarju.

Kif inhi, il-liġi ma tweġibx biżżejjed għall-bżonn tar-riforma kostituzzjoni tat-tribunal indistrijali. Is-sitwazzjoni għanhdha tkun indirizzata b’mod ferm aħjar billi l-Parlament jobdi dak li qed tinsisti dwaru l-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell.

Carm Mifsud Bonnici qal li l-ħaddiem jixraqlu li jkollu sistema imparzjali. Dan hu importanti wkoll għas-settur ekonomiku. Tkellem ukoll dwar il-ħaddiema barranin li jaħdmu Malta u enfasizza l-importanza li ma jkunx hemm sfruttament. Għalhekk jeħtieġ mekkaniżmu legali effettiv biex il-ħaddiem ikollu rimedju effettiv u malajr.

Is-sistema ta’ Maġistrat flimkien mal-persuni tekniċi ħadmet b’mod tajjeb f’diversi setturi oħra, u għalhekk hi l-aħjar sistema biex tkun applikata fis-settur tal-kwistjonijiet industrijali.



No comments:

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...