20.5.14

Tissejjaħ laqgħa urġenti tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici.



Iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici, id-Deputat Tonio Fenech, sejjaħ laqgħa urġenti tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici għal għada l-Erbgħa biex il-Kumitat jiddiskuti d-direzzjoni li għandu jieħu l-istess Kumitat wara r-Ruling mogħti mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati waqt is-seduta tal-bieraħ filgħaxija b’rabta mal-kuntratt li l-Gvern għamel ma’ Henley & Partners u li s’issa l-Gvern qed iżomm mistur.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti li l-Gvern jippubblika l-kuntratt minnufih biex b’hekk il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi jkun jista’ jagħmel l-iskrutinju meħtieġ.

Bir-Ruling mogħti lbieraħ, il-Gvern m’għandux aktar fejn jistaħba.

Mhuwiex accettabbli li l-Gvern ikompli jittardja l-pubblikazzjoni tal-kuntratt. Jekk m’għandux x’jaħbi, il-Gvern għandu jippubblika l-kuntratt ma’ Henley & Partners minnufih u mhux ikompli jaħli l-ħin sakemm tgħaddi l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Sadanittant, wara li l-Partit Nazzjonalista kixef il-gidba tal-Gvern dwar il-pubblikazzjoni tal-kuntratt ma’ Henley & Partners, ilbieraħ il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ammetta fil-Parlament li ma kellu ebda intenzjoni li jiżgwida lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici jew lill-Kamra tad-Deputati meta stqarr li l-kuntratt ma’ Henley & Partners ma jistax jiġi ppubblikat “b’digriet tal-Qorti”.

Peress li l-Prim Ministru nnifsu rrepeta din l-istess gidba għal darba tnejn meta qal li “l-Gvern irid jimxi ma’ dak li qalet il-Qorti”, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jistenna li l-Prim Ministru jammetti li żbalja u jsegwi l-passi tal-Ministru Owen Bonnici billi jitlob apoloġija talli gideb lill-poplu Malti.

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

1 comment:

Anonymous said...

Dott.Carm
Idur fejn idur,il konkluzjoni hija
semplici u nhemen li l'poplu Malti fi maggoranza tieghu intelligenti b'izejd li jaf dan:

Il-poplu f'ahhar elezjoni ried jibdel l'xhufier (lil-partit nazjonalista) mhux id-destinazjoni,ghal daqstant fiducjus li se morru hafna u hafna tajjeb f'din il prova.

Il partit laburista diga telf lill Maltin sentejn mil mixja f'Ewropa min'96 sa '98 u issa hames snien ohra, pero ma nahsiebx li aktar min hekk.

Minn Bormla.

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...