6.5.14

ĊITTADINI UKRAINI – ARRANĠAMENTI GĦALL-VISA.



9147. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’arranġamenti saru għaċ-ċittadini Ukraini li jinsabu f’pajjiżna sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-visa?

25/04/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Nixtieq nirreferi lill Onor. Interpellant li aħna responsabli bħala Ministeru għall-aspett konsolari ta’ fejn wieħed japplika għall-visa. Ma nistgħax nifhem il-mistoqsija għaliex min qiegħed Malta, u hu jew hija Ukren/a, digà għandu visa.
S'issa l-visi mill-Ukraina dejjem ġew minn Moska, allura lanqas tidħol il problema ta’ kif se jakkwistaw il-visi għall-Malta n-nies tal-Krimea. Qiegħed isiru attentati biex jinstab mezz kif dan il-process jista’ jitħaffef u ma jkunx hemm bżonn li ċittadin Ukren imur Moska. Bl-aħħar żviluppi li seħħew fl-Ukraina, dan il proċess ikollu jistenna xi ftit aktar milli kien maħsub

Seduta  144

05/05/2014

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...