6.5.14

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – SERVIZZ TA’ -MEDJAZZJONI



9155. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu sabiex is-servizz ta’medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jibda jiġi offrut?

25/04/2014

  ONOR. EMANUEL MALLIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm persuna li ġiet nominata mill-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u min wettaq ir-reat sabiex jiġi offrut servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Ripartriċi. Din il-persuna nominata  hija kwalifikata sabiex taħdem bħala medjatur f’dan il-qasam.

Seduta  145

06/05/2014

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...