8.5.14

MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - RIŻENJI.



9162. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?

25/04/2014

ONOR. EMANUEL MALLIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum kien hemm b’kollox tnax –il diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew mil-Ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Ir-raġunijiet huma varjij, hemm każijiet personali, oħrajn għax ingħataw offerti f’impjiegi oħra jew nkella skada l-kuntratt.

Seduta 146

07/05/2014

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...