12.5.14

Simon Busuttil iżur il-Farmers’ Market Is-Sibt, 10 ta’ Mejju 2014



Il-Farmers’ Market huwa esperiment li rnexxa u li kien success, kemm għall-bdiewa li jipparteċipaw fih u għall-familji li jixtru l-prodotti tagħhom minnu. L-għan ta’ dan il-proġett, li ngħata bidu tliet snin u nofs ilu, kien li tinħoloq opportunità sabiex il-bidwi jbiegħ il-prodott tiegħu direttament lill-konsumatur mingħajr middle-man. Min-naħa l-oħra, il-konsumatur igawdi minn prodotti li huma friski, ġenwini, lokali u value for money.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara li għamel fil-Farmers’ Market f’Ta’ Qali dalgħodu. Huwa kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd Ċensu Galea u mill-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Helga Ellul, Francis Zammit Dimech u Jonathan Shaw. 

Simon Busuttil esprima l-apprezzament tiegħu għar-rwol u vokazzjoni tal-bdiewa f’pajjiżna. Hu qal li dan is-settur hu importanti għax il-bidwi mhux biss jagħmel sagrifiċċji kbar biex jiekol u jgħajjex lil familtu, iżda jservi bħala gwardjan għall-integrità ambjentali u rurali ta’ pajjiżna. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li bħal f’setturi oħrajn, is-settur tal-agrikoltura huwa wkoll settur ieħor li fih il-Prim Ministru għamel ħafna wegħdiet u għadu sal-lum wettaq ftit li xejn. Hu stqarr li l-Prim Ministru wiegħed skemi ta’ kumpens għall-ħsara li jsofru l-bdiewa fil-maltemp, kif ukoll li jiġi facilitat it-trasferiment tal-art bejn il-bdiewa u li jingħata titlu aktar b’saħħtu lill-bdiewa li jaħdmu art tal-Gvern. Il-Gvern hu mistenni jżomm mal-wegħdiet tiegħu.

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...