6.5.14

SOUTH SUDAN – KUNTATTI U DISKUSSJONIJIET


9151. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni qed jieħu pajjiżna fil-konfront tas-sitwazzjoni pendenti fis-South Sudan u jekk kienx hemm kuntatti u diskussjonijiet ma’ dan il-pajjiż?

25/04/2014

  ONOR. GEORGE VELLA:  Malta qed issegwi l-iżviluppi fis-Sudan tan-nofsinhar u tingħaqad mas-sejħa internazzjonali għal-waqfien mill-ġlied bejn il-Gvern ta’ dan il-pajjiż u r-ribelli. 
Il-Gvern Malti jkkundanna b’mod partikolari l-vjolenza etnika u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, kif ukoll l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż.  Malta, flimkien ma’ bosta membri tal-komunita’ internazzjonali taqbel li ssir inkjesta indipendenti mill-Unjoni Afrikana dwar dawn l-abbużi. Is-sitwazzjoni umanitarja hija wkoll waħda prekarja bil-figura ta’ refuġjati nterni tilħaq madwar il-miljun. 

Malta tapprezza bis-sħiħ l-isforzi tal-Ġnus Magħquda u tal-Intergovernmental Authority for Development (IGAD) għall-ħarsien tal-popolazzjoni ċivili kif ukoll għall-medjazzjoni bejn il-Gvern tas-South Sudan u r-ribelli.

Il-Gvern Malti rrikonoxxa l-indipendenza tas-Sudan tan-nofsinhar  fl-10 ta’ Lulju 2011 iżda ma kienx hemm kuntatti diretti mal-Gvern ta’ dan il-pajjiż.

Seduta  144
05/05/2014


No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...