10.2.21

XATT TAL-BIRGU – TNEĦĦIJA TA’ MATERJAL

 18320. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17990, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk intbagħtux uffiċjali tal-Ministeru fix-Xatt tal-Birgu biex jaraw kif ser ineħħu l-ammont ta’ ħadid imsaddad u abbandunat li hemm fl-aħħar nett tax-xatt, viċin fejn hemm slip way?

 19/01/2021

 ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni miġbura wara żjara fuq il-post, ma jeżisti ebda materjal depositat jew restawr meħtieg, fiż-żona fdata lil dan il-Ministeru.

 Seduta  425

08/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...