10.2.21

ARTIKOLU 166A – PREŻENTAZZJONI TA’ ITTRI UFFIĊJALI 2020.


18239. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet 2020 u jista’ jindika kemm kienu taħt l-Artikolu 166a?

 14/01/2021

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul is-sena 2020:

 Fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 10,898 ittra uffiċjali.  Minn dawn l-ittri uffiċjali, 3,353 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

 Fil-Qorti ta’ Għawdex ġew ippreżentati 567 ittra uffiċjali.  Minn dawn l-ittri uffiċjali, 208 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

 Seduta  423

02/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...