9.2.21

ĦAL TARXIEN, RAĦAL ĠDID, IL-GUDJA, SANTA LUĊIJA U L-FGURA - PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

 

18406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17547 u jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista’ jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

 

25/01/2021

 

 ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni  li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura huwa kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalita'

Benefiċċjarji - Ottubru 2020

Total

 

SA

SUP

UA

 

Raħal Ġdid

111

59

22

192

Tarxien

70

45

10

125

Gudja

11

10

4

25

Santa Luċija

40

33

3

76

Fgura

110

66

8

184

 

 

 

 

 

 

Mhux possibli li tingħata statistika ta’ kemm applikaw u kemm ma’ baqgħux jirċievu benefiċċji, sakemm ma jingħatax perjodu stabbilit.

              

Seduta 426

09/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...