10.2.21

WIED IL-GĦAJN – BATTERIJA TA’ RIHAMA - RESTAWR

18316. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex il-Batterija ta’ Rihama ġewwa l-Bajja ta’ San Tumas Wied il-Għajn tiġi restawrata?

 19/01/2021

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-imsemmija Batterija hi propjetà tal-Awtorità tal-Artijiet u l-amministrazzjoni tagħha mhix delegata lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Għalhekk din il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  424

03/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...