10.2.21

GUDJA – SUB-STATION TAL-ELETTRIKU - SIGURTÀ

18315. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’passi ttieħdu sabiex ikun hemm iktar sigurtà fis-sub-station tal-elettriku li tinsab fil-Gudja u li reċentement kien hemm nar jaqbad fuq barra tagħha?

 19/01/2021

 ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li għamlet Enemalta, irriżulta li xi persuna/persuni mhux magħrufa taw in-nar lil xi oġġett quddiem is-substation Gudja Olive. Madanakollu, din ma affettwatx l-operat tal-Enemalta u lanqas internament ma kien hemm xi ħsarat fuq l-apparat tas-substation.

 

Seduta  424

03/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...