14.2.21

GĦASSA TAŻ-ŻEJTUN – RAPPORTI TA’ DELITTI U REATI TA’ SERQ

18134. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa taż-Żejtun tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

 

12/01/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti  li seħħew fiż-Żejtun tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.

 

Rapporti ta’ delitti - Żejtun 2020

Ammont

Hruq

3

Attentat ta’ Offizi

4

Offizi fuq il-persuna

11

Uzu hazin tal-computer

6

Reat kontra l-amministrazzjoni tal-Gustizzja

1

Hsarat

69

Vjolenza domestika

46

Drogi

1

Frodi

20

Offizi sesswali

2

Serq

55

Theddid u vjolenza

8

Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku

2

Total

228

 

 

Seduta 420

26/01/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...