14.2.21

IMPORTAZZJONI TA’ KOTBA – ĦLAS TA’ DAZJU

18181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba skont il-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea ġiex introdott il-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ kotba?

13/01/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq nota ġenerali tajjeb wieħed jifhem li dan il-ftehim li ġie ffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ħoloq żona ta’ kummerċ ħieles, bla tariffi u kwoti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni bejn iż-żewġ partijiet. Għaldaqstant fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati fir-Renju Unit, l-ebda ħlas ta’ dazju m’hu dovut. Il-ħlas ta’ dazju jkun dovut biss meta prodott ma jirrispettax ir-regoli tal-oriġini. Dan japplika b’mod uniformi għal kull prodott li jiġi impurtat, inkluż kotba. Tajjeb wieħed jinnota wkollb’mod partikolari, li fil-każ ta’ kotba stampati, qatt ma jitħallas dazju, anke jekk joriġinaw minn pajjiż terz.

 Seduta  421

27/01/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...