16.2.21

Forom Awtoritarji ġodda

1. Mhux dejjem forzi ta’ prepotenza u kontroll jidhru fid-deher. Hemm min jagħti l-ordnijiet li ma jmissux u dawn narawhom jew inmissu magħhom. Hemm però setgħat oħra li jiddominaw u jirnexxilhom f’dan mingħajr ma jkunu identifikati. Hemm awturi varji bħal George Orwell li kiteb dwar min jikkmanda b’abbuz tal-jedd fuq l-oħrajn. Il-kotba tiegħu jibqgħu għad-disposizzjoni tagħna iktar u iktar għal min jrid jifhem iktar r-rejaltà li qed ngħixu fiha. Il-ħajja u l-għarfien tal-kurrenti tagħha ma humiex dejjem fl-għajn esterna u interna tagħna. Nafu nkunu “maħkumin” mingħajr ma nirrejalizzaw jew nindunaw.

 Argument xejn faċli.

 2. Diġà qed ngħixu f’dinja fejn il-moħħ ta’ diversi huwa maħkum mit-teknoloġija moderna. Id-dominazzjoni ġejja fl-attwalità dak ta’ issa kif ukoll fil-mudelli li l-bniedem qiegħed jimita mingħajr ma jinduna. Hemm bżonn li wieħed jifhem biex jafferma mill-ġdid il-bniedem. Jafferma d-dinjità tiegħu, l-umanita sħiħa tiegħu. Ikun attent li ma jiġix de-umanizzat. Li ma jitlifx minn dak li huwa biex isir iktar dak li ma għandux ikun. Is-soċjetà tagħna fil-mument attwali għandha ħakma għaddejja fuqha. Il-bniedem fil-ħajja ġie iktar għas-servizz tat-teknoloġija moderna. Huwa iktar taħt id-dominju tal-apparati li għandna bħal mobile avvanzati li hawn għad-disposizzjoni.

 Distratti

 3. Tmur fejn tmur tara forom ta’ “imħabba” lejn dak li jidher fuq il-mobiles avvanzati. Hemm forom ta’ aljenazzjoni u tixrid tal-moħħ. Hemm ħakma tal-attenzjoni fis-sens li l-ħsieb u l-prijoritajiet jiġu kontrollati. Tħares lejn min tħares ħafna drabi tinnota li l-għajn qed issegwi iktar dak li dawn l-kaxxi zgħar għandhom iktar mill-ħajja ta’ madwar. Mhux biss bnedmin qed ikunu f’dan mitlufa imma qed jgħixu “realtà” apparenti. Mhux biss imma il-linja tal-ħsieb tagħhom hija dominata minn dak li ħaddiehor irid jaħkimhom biha. Hija ferm iktar faċli biex tmexxi linji ta’ propaganza ta’ tmexxija ta’ ideat żbaljati. Anzi iktar li tmexxi l-gideb bħala verità. Li tabbuża mis-sistema. U l-bieb għal tali aġir huwa iktar għas-servizz ta’ mexxejja politiċi li għarfu l-vantaġġi għall-politika tagħhom li dawn jgħatu. Ċertament jekk Orwell kellu jerġa jitwieled naħseb li kien jgħaraf li l-mezzi li għandna f’idejna u li ngorru magħna qed jinfluenzawna wisq. Kien jikteb kotba oħra.

 Il-Bniedem

4. F’dan wieħed jifhem iktar li l-bniedem qiegħed jieħu indirettament ordnijiet li huwa stess jaċċetta mingħajr ma jifhem li qed iwettaq dan. Ċerti drabi bil-ħakma tal-ħsieb li wieħed għandu jsegwi lill-ieħor. Jekk wieħed għandu apparat l-ieħor għandu jkollu. Jekk wieħed juża tali apparat fil-“vantaġġi” li oħrajn qed jieħdu daqshekk ieħor huwa. Imma iktar minn hekk hemm id-diffikultà li l-bniedem qiegħed għal darb’oħra jżarma lilu innifsu biex isir jimita karatteristika u sura li m’ għandux jew aħjar m’ għandux jkollu. Il-bniedem għal darb’oħra flok jafferma l-indipendenza tiegħu. Flok iħalli l-ispirtu liberu tiegħu ikun sod qiegħed jippermetti lilu innifsu jsir magna jew parti minn sistema mekkanizzata. Fil-ħsieb li qiegħed isegwi ‘n-natura’ tiegħu qiegħed jipprova jilħaq dak li ma huwiex.  Jipprova forom ta’ perfezzjonijiet organizzattivi li jwassluh biex la japprezza lilu nnifsu u anqas lil dawk li għandu miegħu.

Waqt u wara l-pandemija

5. Fil-bidu tas-sena l-ġurnal The Economist fil-pubblikazzjoni tiegħu “The World in 2021” jiftah f’iktar gravità u attenzjoni għal dan. Hemm hemm din it-twissija indiretta; “The post-covid world will be far more digital. From remote working to online retail, the pandemic has compressed years’ worth of transformation into months, bringing with it a dramatic shake-up in how people live, what they buy and where they work.” Li jfisser li billi ġejna iktar dipendenti fuq it-teknoloġija m’aħniex sejrin inneħħuha wara anzi ser taħkimna iktar. Ser nibqgħu f’kelma waħda f’livel għola fil-bidliet li ser isiru. Il-ħajja tal-bniedem ser iktar tgħaddi mit-teknoloġija biex tirreġistra avvanz. Dan ikun perikoluż jekk ma ngħarfux li hemm f’dan l-opportunità għal haddiehor biex jaħkem. Sija jekk ikunx fis-suq sija jekk jkunx fil-politika sija iktar fl-istil tal-ħajja li qed tiġi imposta fuq dawk li ma jikkonformawx. Fuq dawk li jridu jipproteġu l-umanità tagħhom. Jirreżistu sabiex il-libertà tagħhom tinżamm.

 Algoritmi

 6. Diġa għandna sistema fejn hemm kontrolli u influenzi li ma narawx. Imwielda mill-ħsieb li l-moħħ tagħna għandu jiġi influenzat. Anzi li huwa għas-sistema “leġittimu” li niġu mgħoddija informazzjoni li ma tlabniex. Sistema li tidher “intelliġenti” imma fin-nuqqas ta’ kontroll qed issir dejjem iktar “abbużiva” u invadenti. Jekk tfittex suġġett partikolari fil-libertà li t-teknologija suppost tagħtik tibda ssib li ddur fejn iddur għandek “suġġerimenti” li ma tlabtx. Hemm asfissijar qawwi li hemm min iħossu u hemm ħafna li mhux talli ma jħossux talli qed jinħakmu f’dak li huwa “normali”. Dak iktar f’dan dak li hemm min qiegħed jitkellem fuqu bhala “new normality”. Flok nieħdu lura l-arja u l-ispazju tagħna l-prospett huwa anzi ta’ ħakma ikbar.

 Hemm bzonn difiża

 7. Jista’ jkun li wieħed jista’ jipprotegi ruħu minn dan, li jaqbeż għaċ-ċittadin normali tagħna u vulnerabbli f’dan. Biss is-sistema taf tkun iktar komplikata biex toħroġ minn dan l-abbuz. Mhux biss imma iktar gravi li s-sistema tmexxik sabiex dan l-aġir ta’ resistenza ikun l-eċċezzjoni mhux ir-regola ġenerali. Il-bniedem mhux mgħarraf fil-fruntieri l-ġodda tat-teknologija anzi illum fil-prospett ta’ futur iktar dominant għandu bzonn protezzjoni effettiva. Għandu bzonn li jkollu mekkaniżmi legali u li jimbnew linji politiċi, prijorità nazzjonali li jgħarfu dan u l-importanza li wieħed jiddefendi l-bniedem. Għandna drittijiet fil-liġijiet tagħna li huma ta’ garanzija f’ħafna abbużi oħra biss f’dan l-ambjent-teknoloġiku qiegħed jiftah xenarju li jitlob difiża. 

 Il-Ħakma

8. Il-hakma ma għandhiex neċessarjament issir mill-persunaġġi w l-karattri ta’ George Orwell fir-“Razzett tal-Bhejjem”. Qed issir b’iktar intelliġenza u poteri li m’humiex jidhru. Qed issir b’idejn li ma jidhrux imma li qegħdin fil-fatt “jikkontrollawna”. Ma hemmx trasparenza f’dan. Hemm il-kawzi u minnhom il-konsegwenzi u l-effetti tagħhom. Il-bniedem diġà qabad toroq li qed jieħduh fejn huwa stess ma jgħarafx. Qed jagħti l-kunsens tiegħu mingħajr ma huwa jara li qed jaċċetthom. Isir “kompliċi” indirett mingħajr m’għandu min jiftaħlu għajnejh.   Bejn dak li qiegħed jiġi prospettat li ser iseħħ waqt u wara l-pandemija jibqa ċert li huwa dmir tagħna li naraw li ma jkollniex twelid ta’ forom awtoritarji ġodda fis-soċjetà tagħna.

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...