14.2.21

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI PENDENTI. 2020.

18238. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?

 14/01/2021

 ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien hemm 602 każ i li għadhom pendenti li minnhom 414 huma arbitraġġi mandatorji, 158 huma arbitraġġi volontarji u 30 huma arbitraġġi internazzjonali – dan minn total ta’ 6,113 każ li ġie ppreżentat minn meta beda jopera ċ-Ċentru u ċjoè minn Marzu 2000.

 

Seduta  422

01/02/2021

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...