6.2.21

IAID - ĦIDMA

15340. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) tul is-sena li għaddiet 2019 u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru?

 04/06/2020

 ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab nformat li skont  l-Artiklu 22 (2) tal-Kapitolu 461, ir-rapporti interni dwar l-awditjar u r-rapporti ta’ investigazzjonijiet finanzjarji ma jistgħux ikunu aċċessibbli u ħlief għall-iskop ta’ xi investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali, id-Dipartiment ghandu “jikxef biss x’ikun fihom lis-Segretarju Permanenti jew, skont il-każ, lill-President tal-Kumitat ta’ Awditjar tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u, jekk ikun meħtieġ, lill-Bord, jew lill-Awditur Ġenerali.

Għaldaqstant, kopji tar-rapporti ma jistgħux jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  351

01/07/2020

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...