10.2.21

WIED IL-GĦAJN – BAJJA TA’ SAN TUMAS – OPEN AIR GYM

 18318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta l-open air gym li hemm fil-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn ser jingħata l-attenzjoni meħtieġa sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji?

 19/01/2021

 ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn, li l-apparat kollu li preżentament ma jistax jintuża ser jingħalaq, u ser jinġabru stimi sabiex jiġi rranġat.

 Seduta  425

08/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...