14.2.21

GĦASSA TA’ WIED IL-GĦAJN– RAPPORTI TA’ DELITTI U REATI TA’ SERQ

  18133. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

 

12/01/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti  li seħħew f’Wied il-Għajn tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat.

 

Rapporti ta’ delitti -  Marsaskala 2020

Ammont

Hruq

2

Attentat ta’ offizi

10

Offizi fuq il-persuna

18

Uzu hazin tal-computer

12

Hsarat

92

Vjolenza domestika

76

Drogi

9

Falsifikazzjoni

1

Frodi

22

Offizi relatati ma immigrazzjoni

1

Pretended rights

7

Offizi sesswali

2

Serq

119

Theddid u vjolenza

11

Vjolenza kontra ufficjal pubbliku

8

Grand Total

390

Seduta 420

26/01/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...