14.2.21

IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI ESSENZJALI – RATI GĦAL ĦLAS TA’ DAZJU

 

18182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba skont l-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea kemm huma r-rati relattivi li ġew introdotti għal ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni ta’ prodotti essenzjali?

 13/01/2021

 ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ dazju ser ikun dovut biss fuq prodotti li ma jkunux qegħdin joriġinaw mir-Renju Unit, iġifieri, kwalunkwe prodott immanifatturat fir-Renju Unit u li ser ikun akkumpanjat minn dokumenti li jixhdu dan, mhux ser ikun suġġett għad-dazju. Id-dazju huwa dovut biss meta l-prodott li jkun qed jiġi impurtat ġewwa Malta mir-Renju Unit ma jissodisfax ir-regoli tal-oriġini, bħal meta per eżempju l-prodott ikun immanifatturat f’pajjiż ieħor terz. Ir-rati ta’ dazju applikabbli huma dawk li japplikaw b’mod orizzontali għall-Unjoni

 

Seduta  421

27/01/2021

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...