10.2.21

APPLIKAZZJONI GĦAL HOTEL

18322. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17989 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma l-Kamra x’passi qed jittieħdu sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni pendenti fix-Xatt tal-Birgu? 

 19/01/2021

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninsab infurmat illi l-Awtoritá ta' l-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiemha biex tiproċessa proposta hekk kif indikata mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru 16374 li tinvolvi bini ta' lukanda fix-Xatt tal-Birgu fejn dak li kien Casino di Venezia.

 

Seduta  425

08/02/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...