15.7.19

TRASFERIMENT TAL-LAPIDA DDEDIKATA LIL FORTUNATO MIZZI


 
10480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10308, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu dwar t-trasferiment tal-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi mill-Bażilika ta’ Santa Croce f’Firenze lejn Malta u jista’ jindika r-raġuni għaliex inħass il-bżonn li tinġieb f’pajjiżna?

11/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru responsabbli għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, permezz tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, ħadem sabiex tinġieb Malta l-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi li kienet mizmuma f’“Opera di Santa Croce” ġewwa Firenze.

F’Mejju ta’ 2016 l-Ambaxxata infurmat il-Ministeru u l-Fondazzjoni Wirt Artna fuq s-sejba ta’ l-lapida f’maħżen tal-knisja.Minħabba l-figura ta’ Fortunato Mizzi kienet ewlenija fil-komunita’ li titkellem bit-Taljan f’Malta l-Fondazzjoni xtaqet li jekk possibli din il-lapida tinġieb lura Malta u talbet lil Ministru tal-Affarijiet Barranin għal għajnuna fuq dan il-proġett. Għaldaqstant il-Ministeru talab lill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma biex jibdew il-kuntatti neċessarji.  Wara li l-Ambaxxatur tkellmet ma’ diversi uffiċjali Taljani, l-Ambaxxata għamlet talba uffiċjali lil “Opera di Santa Croce” fl-10 ta’ Lulju 2017. Wara l-qbil tal-“Opera di Santa Croce” għad-donazzjoni tal-lapida lil Malta, il-Ministeru Taljan responsabbli għall-kultura ta’ l-kunsens tiegħu f’ Diċembru 2018. Fil-15 ta’ Marzu 2019, l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja rċeviet uffiċjalment l-lapida ġewwa Firenze li ġiet ippreżentata Malta f’ċerimonja ġewwa l-Mużew tal-Gwerra l-Birgu.

Seduta  246
08/07/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...