15.7.19

PERSUNI LI JGĦIXU FIR-RENJU UNIT – PENSJONI MILL-ISTAT MALTI LI HUMA MAGĦRUFA MILL-KUMMISSJONI GĦOLJA




 
10479. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni intitolati għall-pensjoni mill-Istat Malti li jgħixu fir-Renju Unit li huma magħrufa mill-Kummissjoni Għolja tagħnafil-pajjiż?

11/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellantli l-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fir-Renju Unit tassisti lid-Dipartiment tas-Sigurtà’ Soċjali fit-tqassim tal-pensjonijiet lil dawk in-nies li huma intitolati għal pensjoni minn Malta u li nfurmaw lill-Gvern Malti li jixtiequ jirċievu din il-pensjoni fil-kont Bankarju tagħhom ġewwa r-Renju Unit. Il-Kummissjoni Għolja tqassam medja  ta’ kwazi seba’ mitt pensjoni fix-xahar. Fix-xahar ta’ Mejju tal-elfejn u dsatax tħallsu b’kollox sitt mija u tmenin (680) pensjonant.

Seduta  246
08/07/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...