9.7.19

ATTENDENZA GĦAL LAQGĦAT BARRA MINN MALTA





10474. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10301, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġiet tiswa ż-żjara li saret bejn it-23 u l-25 ta’ Jannar 2019 ġewwa t-Turkija? Jista’ jinforma wkoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u x’sar?

11/06/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill Onor. Interpellant li l-ispejjeż li tħallsu għaż-żjara ġewwa t-Turkija bejn it-23 u 25 ta' Jannar 2019 kienu ta' €2,898.77.  Iż-żjara saret fl-okkażjoni tal-Forum tan-Negozji bejn it-Turkija u Malta ġewwa Istanbul, fejn  akkumpanjajt lill E.T. Marie Louise Coleiro Preca, u flimkien attendejna laqgħa bilaterali mal-President Tork Recep Tayyip Edrogan u l-Vici Presdient Fuat Oktay, kif diġà ġie spjegat fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 10301.

Inzid ngħid li kelli laqgħa mall-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija.

Kont akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, id-Direttur tal-Protokoll, is-Sinjura Abela u l-Assistent Segretarju Privat.


Seduta  245
03/07/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...